Is-sajf daħal ġmielu, u ż-żgħażagħ tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar żgur li ma qagħdux b’idejhom fuq żaqqhom! B’attivitajiet li jġibu flimkien id-divertiment u il-ħbiberija u
Kollox beda kif suppost: b’ikel tajjeb u ħafna daħq matul il-BBQ tal-bidu tas-sajf! Kienet okkażjoni mill-isbaħ fejn iż-żgħażagħ setgħu jiltaqgħu u jieħdu pjaċir flimkien, filwaqt li jsaħħu l-għaqda ta’ bejniethom.

Lil hinn mid-divertiment, iż-żgħażagħ ħadu l-ħin biex jirriflettu fuq ir-realtajiet differenti tal-ħajja. Permezz ta’ żjara fil-Fondazzjoni RISe, kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ persuna li għaddiet minn proċess ta’ riabilitazzjoni u setgħu jisimgħu l-esperjenza tagħha mill-qrib.
Lest biex tkun parti minn dan kollu?
Dan kien biss il-bidu! B’taħlita bilanċjata ta’ ferħ, għaqda u esperjenzi li jħallu l-frott, Żabbar Youths se jagħmlu s-sajf taħghom wieħed memorabli. Jonqos li inti tmur.





Leave a Comment