Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, diversi santwarji Marjani qegħdin jiġu mistiedna jieħdu sehem f’ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi fis-Santwarju.
Illum, it-Tlieta, 28 ta’ Lulju, fis-6.30 ta’ filgħaxija, is-Santwarju se jilqa’ pellegrinaġġ mis-Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla. Matul din l-okkażjoni, il-komunitajiet miż-żewġ santwarji se jingħaqdu flimkien fit-talb u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.
Din iż-żjara tifforma parti minn sensiela ta’ appuntamenti reliġjużi maħsuba biex isaħħu d-devozzjoni Marjana u l-għaqda bejn is-santwarji u l-komunitajiet Insara.






Leave a Comment