Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar qiegħda tħejji ruħha għall-bidu tal-laqgħat tal-katekiżmu fiċ-ċentri tagħha, bil-għan li t-tfal tal-parroċċa jirċievu tagħlim u formazzjoni nisranija xierqa għall-età tagħhom.
Il-ġenituri li wliedhom sejrin jattendu għall-katekiżmu għall-ewwel darba, kif ukoll dawk li jixtiequ jbiddlu ċ-ċentru li fih jattendu wliedhom, huma mitluba jagħmlu r-reġistrazzjoni meħtieġa. Din tista’ ssir permezz tal-formola li tinsab fuq l-internet fl-indirizz:
Fl-istess paġna jinsab it-tagħrif kollu dwar il-ġranet u l-ħinijiet tal-katekiżmu f’kull ċentru, flimkien mad-dettalji meħtieġa sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jirreġistraw lil uliedhom. Il-ħinijiet jinsabu wkoll fil-poster li qiegħed jiġi mxandar mal-avviż tal-Parroċċa.
Dawk li jsibu xi diffikultà biex jimlew il-formola jistgħu jersqu fl-Uffiċċju Parrokkjali jew jagħmlu kuntatt permezz tal-posta elettronika fuq [email protected], jew bit-telefon fuq in-numru 21824383.
L-Uffiċċju Parrokkjali jinsab biswit il-Knisja Arċipretali, f’Nru 22, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar. Dan ikun miftuħ nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, bejn il-ħamsa u s-sitta ta’ filgħaxija, u nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, mid-disgħa u nofs sal-ħdax ta’ filgħodu.
Il-Parroċċa qiegħda tħeġġeġ lit-tfal kollha sabiex jattendu għall-katekiżmu b’mod regolari. It-tagħlim tal-fidi huwa parti importanti mit-trobbija nisranija u jgħin lit-tfal jikbru fl-għarfien tal-Evanġelju u fil-ħajja tal-Knisja.
Il-ġenituri li jkollhom xi diffikultà partikulari jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Arċipriet, sabiex tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa.
Il-Parroċċa esprimiet ukoll ir-ringrazzjament tagħha lill-katekisti kollha għad-disponibbiltà u l-ħidma tagħhom f’dan il-ministeru, kif ukoll lill-ġenituri għall-koperazzjoni tagħhom fil-formazzjoni nisranija ta’ wliedhom.






Leave a Comment