Il-Grupp Armar Żabbar kompla bil-ħidma tiegħu fit-toroq tal-purċissjoni, fejn matul il-ġurnata tal-lum tlestew il-ħbula tal-pavaljuni kollha.
Saret ukoll manutenzjoni fuq numru ta’ ventijiet fi Triq l-Inkurunazzjoni.
Il-grupp irringrazzja b’mod partikolari lil Johnny Zerafa u Anġlu Magro, li permezz tal-inġenji tagħhom għenu sabiex din il-ħidma setgħet titwettaq.
Aktar xogħol jinsab ippjanat għall-jiem li ġejjin, hekk kif il-Grupp Armar Żabbar qed ikompli bit-tħejjijiet tiegħu. Il-grupp irringrazzja wkoll lil dawk kollha li jkomplu jagħtuh is-sostenn tagħhom.






Leave a Comment