Aħbar sabiħa għaż-Żabbarin. Iċ-ċelebrazzjonijiet ad unur il-Madonna tal-Grazzja fiż-Żabbar nhar il-Ħadd, 6 ta’ Settembru, se jkn akkumpanjati b’marċ mill-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja tal-Grupp tal-Armar.
Il-marċ se jibda fit-8.00pm minn fuq iz-zuntier u se jkun parti mill-programm ta’ ċelebrazzjonijiet li matul il-ġurnata jfakkru b’mod partikolari l-anniversarju tal-Inkurunazzjoni.
Aktar kmieni filgħodu, waqt il-Pontifikal, Mons. Arċisqof se jagħmel it-tqegħid solenni tal-warda mal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja.
Din il-manifestazzjoni qed tittella’ bil-ħidma u l-impenn ta’ diversi persuni li taw sehemhom sabiex l-okkażjoni tkun tista’ titwettaq bl-aħjar mod possibbli.
L-organizzaturi rringrazzjaw minn qalbhom lil dawk kollha li ħadmu u taw il-kontribut tagħhom, filwaqt li esprimew ix-xewqa li din il-manifestazzjoni tkun okkażjoni oħra li tkompli tgħaqqad kemm jista’ jkun Żabbarin madwar id-devozzjoni tant għażiża lejn il-Madonna tal-Grazzja.





