Il-kalendarju tal-attivitajiet tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel, marbuta mal-Festa 2026 se jingħata bidu uffiċjali permezz ta’ attività ġdida li se tlaqqa’ flimkien lid-dilettanti tal-festa f’atmosfera ta’ ċelebrazzjoni u għaqda.
L-It-Tnedija Uffiċjali tal-Festa 2026 se ssir fit-13 ta’ Awwissu 2026, mit-8:00pm ’il quddiem, fil-Verde Club Lounge.
Għall-prezz ta’ €15, dawk preżenti se jirċievu tazza kommemorattiva, filwaqt li se jkun inkluż ukoll ikel u nbid free-flowing matul is-serata.
Din l-attività se tkun l-ewwel waħda fil-programm uffiċjali tal-festa u mistennija toffri bidu mill-isbaħ għal jiem ta’ ċelebrazzjonijiet, tradizzjoni u divertiment.
Għal aktar informazzjoni jew bookings wieħed jista’ jċempel fuq 77001883.






Leave a Comment