Nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru fit-8.00pm, il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar se jorganizza l-Marċ tal-Inkurunazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja.
L-istatwa se tkun akkumpanjata mill-banda. Il-marċ se jitlaq miz-Zuntier tas-Santwarju, jgħaddi minn Pjazza Madonna Medjatriċi, Triq Ġanni Bonavia, Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Kbira, Misraħ is-Sliem u San Ġakbu, ix-Xgħajra, Triq Feliċe u Triq is-Santwarju.
Fi tmiem il-marċ, l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall tagħha fi Pjazza Medjatriċi.
Kulħadd mistieden jingħaqad magħhom għal dan il-marċ speċjali.






Leave a Comment