Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari u Mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja, il-Kumitat tal-Mużew tas-Santwarju, flimkien mal-Parroċċa u b’kollaborazzjoni mad-ditta rinomata u storika Picchiani e Barlacchi ta’ Firenze, qed iniedi medalja kommemorattiva unika biex tfakkar dan l-avveniment importanti u storiku.

Din il-medalja hija xogħol artistiku ta’ valur, magħmul bl-idejn skont l-ogħla standards tas-sengħa, u tirrappreżenta tifkira speċjali ta’ dan l-anniversarju tant għażiż għad-devoti tal-Madonna tal-Grazzja u għall-komunità kollha.
Il-medalja għandha dijametru ta’ 65 mm, hija maħduma minn ramm arġentat, u qed tiġi offruta għall-prezz ta’ €75.
Min jixtieq jakkwista din il-medalja kommemorattiva jista’ jagħmel il-booking billi jibgħat messaġġ fuq din il-paġna jew fuq il-paġna tal-Parroċċa, ikellem lil xi saċerdot, jew iċempel fuq 79866910.
Din hija opportunità unika biex wieħed ikollu tifkira dejjiema ta’ mument storiku marbut mal-qima lejn il-Madonna tal-Grazzja. Min hu interessat huwa mħeġġeġ jibbukkja minn kmieni biex ma jitlifx din l-okkażjoni speċjali.





Leave a Comment