Nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2026, Ħaż-Żabbar se jerġa’ jimtela bil-briju, bil-kulur u bl-entużjażmu hekk kif se jittella’ l-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel, organizzat flimkien mal-Banda San Mikiel.
Il-marċ jibda fl-10:30 ta’ filgħodu u mistenni jiġbed numru sabiħ ta’ partitarji, dilettanti u familji biex flimkien joħolqu atmosfera ta’ festa fit-toroq Żabbarin. Din l-attività hija waħda mill-appuntamenti mistennija f’dan iż-żmien tas-sena u toffri okkażjoni biex il-komunità tingħaqad f’ambjent ta’ ferħ u tradizzjoni.
Wara l-marċ se jittella’ wkoll Green Rally kbir, biex il-briju jkompli u l-parteċipanti jkunu jistgħu jiċċelebraw flimkien.
L-attività qed tittella’ mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja – Banda San Mikiel, Żabbar A.D. 1883, u mistennija tkun waħda mill-ġranet li jiġbru flimkien l-entużjażmu tal-komunità Żabbarija.
Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu, mill-10:30am ’il quddiem.






Leave a Comment