Id-dilettanti tal-mużika tas-snin disgħin u l-bidu tas-snin elfejn se jkollhom appuntamento speċjali fit-Teatru Blue Arena nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, għal serata ddedikata kompletament lil dawk il-hits li matul is-snin saru klassiċi.
L-avveniment, bl-isem “Classics – The Best of 90’s & 00’s”, se joffri programm ta’ mużika maħsub biex iqajjem nostalġija u fl-istess ħin joħloq atmosfera mimlija enerġija għal dawk kollha li trabbew jisimgħu l-aqwa diski ta’ dawk is-snin.
Fost l-ismijiet ewlenin tas-serata se jkun hemm Ziggy, flimkien ma’ Chris Funkytown, kif ukoll set speċjali B2B minn Sussu u Pierre B. Il-mużika se tibda mit-8.00pm ’il quddiem, b’taħlita ta’ klassiċi dance, club u hits popolari li mmarkaw żewġ deċennji importanti fix-xena mużikali.
“Classics” se tkun okkażjoni biex il-pubbliku jerġa’ jgħix il-ħsejjes u l-atmosfera tas-snin 90 u 00, b’serata mfassla kemm għal dawk li jiftakru dawn il-kanzunetti minn żmienhom kif ukoll għal ġenerazzjoni ġdida li għadha qed tiskoprihom.
Il-biljetti għall-avveniment disponibbli minn ShowsHappening.com, filwaqt li l-attività se tittella’ bl-appoġġ ta’ VisitMalta u MMG Promotions.
Għal dawk li jħobbu l-mużika retro u l-klassiċi tal-clubbing, din se tkun serata li twiegħed ħafna memorji, ritmi u atmosfera mill-aqwa — ċelebrazzjoni tal-mużika tas-snin 90 u 00 li għadha popolari sal-lum.






Leave a Comment