Din il-ġimgħa reġa iltaqa’ l-grupp taż-żgħażagħ Żabbarin tal-Parroċċa tagħna.
Bosta żgħażagħ qed jingħaqdu ma’ dan il-Grupp għal laqgħat ta’ tagħlim, qsim ta’ esperjenzi u biex jagħmlu ħbiberiji ġodda.

Nhar it-Tlieta li ġej se jiltaqgħu ma’ Fr Ryan Dalli, li se jaqsam magħhom l-esperjenza tiegħu bħala saċerdot ġdid u dwar s-sejħa Franġiskana Kapuċċina.

X’inhi vokazzjoni? Kif nistgħu nagħrfu s-sejħa li Alla qed jagħmlilna? Jekk din il-laqgħa tinteressak kellem lil xi ħadd mis-saċerdoti tal-parroċċa jew ikkuntatjana fuq Messenger.




