Bħala parti mill-programm ta’ ċelebrazzjonijiet tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja qegħdin isiru laqgħat Marjani matul is-sena biex nitgħallmu iżjed fuq Ommna Marija. Ir-Raba’ u l-aħħar laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Lulju fis-7pm (wara l-quddiesa tas-6.30pm) ġewwa s-Santwarju mir-Rev.mu Mons. Prof. Hector M. Scerri. Inħeġġu lil xulxin biex nattendu flimkien sabiex inħobbu dejjem iktar lil Marija kif irid Ġesù.





Leave a Comment