Ix-xogħol fuq il-bini ta’ ċnut tas-sejjieħ f’waħda mill-entraturi ta’ Ħaż-Żabbar miexi b’ritmu tajjeb.
Permezz ta’ ħidma konġunta bejn l-awtoritajiet lokali, Infrastructure Malta u l-periti involuti fil-proġett, fi Triq l-10 ta’ Settembru qed jinbnew pedamenti ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Fuq dawn il-pedamenti qed jitqiegħdu ċnut tradizzjonali tas-sejjieħ tul it-triq kollha.

Ix-xogħol qed jitwettaq b’attenzjoni u b’mod li jirrispetta l-karatteristiċi u l-ambjent tal-madwar. Minkejja l-interventi li għaddejjin, ma ġie rrappurtat ebda impatt sinifikanti fuq il-fluss tat-traffiku.
Intant, ġie espress apprezzament lejn il-ħaddiema kollha involuti, li qed ikomplu jwettqu dan ix-xogħol minkejja t-temperaturi għoljin tas-sajf.






Leave a Comment