Illum fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar qed issir ġabra speċjali għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’għeluq il-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari u Mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja.
Iż-Żabbarin huma mħeġġa jikkontribwixu b’risq il-festa ta’ Ħaż-Żabbar fil-ġbir li se jkun qed jsir.
X’Nistennew Minnek?
- Kun Ġeneruż : Uri li l-imħabba tiegħek lejn tal-Grazzja mhux bil-kliem biss, imma bl-għemil!
- Ftakar f’ Missirjietna: Kemm qagħdu lura biex raw ix-xbieha tal-Madonna imżżejna bil-kuruna
- Kun Parti minn Anniversarju Importanti: kun parti mill-anniversarju tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna jekk ma tistax tgħin b’ ħinek bi flusek.
Għin il-Knisja f’ Anniversarju tant importanti!






Leave a Comment