Ix-xena mużikali u tal-ispettaklu f’pajjiżna tinsab maħsuda bit-telfa ta’ Ryan Spiteri. Ryan, lI ħalla din id-dinja fl-età ta’ 47 sena, kien magħruf għall-enerġija tiegħu u għall-kapaċità li bih kien jaqsam il-ferħ permezz tal-mużika.
Il-mewt traġika tiegħu ħalliet vojt kbir u niket profond fost qrabatu, sħabu u l-ammiraturi tiegħu.
Il-funeral tiegħu qed isir proprju llum, is-Sibt, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fit-8:30.
Strieħ fis-sliem, Ryan.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu jistrieħ fis-sliem. Amen.






Leave a Comment