Il-Parroċċa, flimkien mal-Kor Parrokkjali Notre Dame, ser tippreżenta akkademja mużikali fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja.
L-akkademja ser tittella’ nhar il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2026, fit-8.00pm, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Din is-serata kommemorattiva taħt il-Patroċinju tal-E.T. Mons. Isqof Sandro Overend Rigillo OFM, Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi, il-Libja.
Din l-okkażjoni tifforma parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari, anniversarju li għandu tifsira speċjali għall-parruċċani u għad-devoti tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-pubbliku kollu huwa mistieden jattendi u jingħaqad mal-komunità f’din is-serata speċjali.





Leave a Comment