L-Abbatini Żabbarin David Formosa; Matthew Formosa; Jack Portelli u Zeander Vella, telgħu jagħtu servizz waqt il-liturġija fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan u ingħataw il-faxxa l-ħamra waqt il-vestizzjoni li saret.
Rayvin Calleja Agius, ukoll abbati tal-parroċċa tela’ ukoll bħala helper mal-abbatini.
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu li għadda huma kellhom l-grazzja wkoll li jiltaqgħu mal-Papa Ljun XIV.
Din hija esperjenza unika li hija rriżervata għat-tfal Maltin biss fix-xhur tas-Sajf. F’kumment li għaddiet, il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar talbet biex “nitolbu għal dawn l-abbatini sabiex jisimgħu s-sejħa ta’ Alla għalihom u biex minn fosthom Alla jagħżel vokazzjonijiet saċerdotali.”
Il-Viċi Arċipriet il-Kan Gylan Camilleri ħeġġeġ lil dawk li jixtiequ jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini biex ikellmu lil xi ħadd mis-saċedorti tal-parroċċa






Leave a Comment