It-Teatru Blue Arena fiż-Żabbar laqa’ lejla b’differenza nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu, bil-Y2K Music Bingo, attività ispirata mill-mużika tas-snin 2000.

Matul is-serata, id-DJs Pierre B u Sussu daqqew għadd ta’ kanzunetti magħrufa ta’ dak iż-żmien, filwaqt li dawk preżenti setgħu jieħdu sehem f’logħba ta’ bingo bbażata fuq il-mużika.
Minflok numri, il-parteċipanti kellhom jagħrfu kanzunetti u artisti, b’diversi premjijiet jingħataw matul il-lejla.
L-attività kienet taħlita ta’ mużika, divertiment u nostalġija u tat lil dawk preżenti ċ-ċans jerġgħu jgawdu wħud mill-aktar kanzunetti popolari tas-snin 2000 f’atmosfera rilassata u soċjali.





Leave a Comment