Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu 2026, fit-8.00 ta’ filgħaxija, fil-Knisja Arċipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, tinżamm akkademja mużikali bit-titlu “Is-Santwarju bħal qatt qabel.”
L-akkademja qiegħda tittella’ biex tfakkar il-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari u mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja, li saret fl-1951.
Matul is-serata, bil-mużika u bil-kelma, jitfakkru l-ġrajjiet marbuta ma’ dik l-okkażjoni, it-tħejjijiet li saru fis-Santwarju u s-sehem tal-poplu Żabbari.
Din l-attività tagħmel parti mill-programm imħejji għall-75 anniversarju tal-Inkurunazzjoni u hija miftuħa għal dawk kollha li jixtiequ jingħaqdu f’din it-tifkira.






Leave a Comment