Fil-21 ta’ Awwissu 2026 se tittella’ attività taċ-ċess miftuħa għaż-żgħażagħ u l-adulti żgħar, b’kollaborazzjoni ma’ Chess Buddies & Mates Community.
L-attività se ssir fis-Sala tar-Ragħaj it-Tajjeb, bejn is-6:00 p.m. u t-8:00 p.m. Din se tkun opportunità sabiħa għal dawk kollha li għandhom interess fiċ-ċess biex jiltaqgħu, jilagħbu flimkien u jqattgħu serata f’atmosfera soċjali u pjaċevoli.
Kemm dawk li diġà għandhom esperjenza fil-logħba kif ukoll dawk li jixtiequ jkomplu jiżviluppaw l-interess tagħhom fiċ-ċess huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-attività.
Min jixtieq jattendi jew jixtieq aktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt fuq 9954 8584 jew permezz tal-email [email protected].






Leave a Comment