Illum il-ġurnata, l-attivitajiet soċjali huma mod mill-isbaħ kif il-komunità tiltaqa’ u tiċċelebra flimkien. Fuq quddiem nett ta’ dawn l-inizjattivi, il-Grupp tal-Armar fi ħdan is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae ta’ Żabbar qed jorganizza BBQ Kbir.
L-attività se ssir nhar is-Sibt, 25 ta’ Lulju, u tibda mit-8:00 p.m. ’il quddiem fil-post magħruf bħala l-Blue Arena. Il-prezz huwa ta’ €25 għall-adulti u €15 għat-tfal sa 10 snin.
L-adulti se jgawdu minn menu li jinkludi appetizers, għaġin kiesaħ, u għażla ta’ laħam tal-majjal jew tiġieġ servut bil-patata u s-salat, flimkien ma’ deżerta delizzjuża. L-ambjent se jkun miksi b’divertiment live mill-kantant Sebastian Calleja.






Leave a Comment