Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu għandha l-għeruq tagħha fl-Ordni Karmelitan. Lejn tmiem is-seklu tnax, grupp ta’ eremiti nġabar qrib ll-Għolja tal-Karmelu, fil-Palestina. Bejn l-1206 u l-1214 dawn irċevew mingħand San Albert, il-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, ir-Regola li kellha ssir il-pedament tal-Ordni. Sa mill-bidu nett, il-Karmelitani raw fil-Verġni Marija lis-“Sinjura tal-Post”, filwaqt li l-profeta Elija serva bħala l-mudell tal-ħajja kontemplattiva u taż-żelu għal Alla Id-devozzjoni Karmelitana hija fundamentalment dwar it-talb,is-silenzju u s-servizz.
Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu f’Ħaż-Żabbar hija dokumentata minn nofs is-seklu tmintax. It-Terz’ Ordni tal-Karmnu twaqqaf fil-5 ta’ Jannar 1749 u kien responsabbli għall-kura tal-artal u għall-prattiki marbuta miegħu.
Il-Vista Pastorali tas- isqof Alpheran De Bussan tas-17 ta’ Mejju 1754 issemmi xbieha tal-Madonna tal-Karmnu. Il-pittura turi lill-Madonna tagħti l-labtu Karmelitan lil San Xmun Stock. Fil-kompożizzjoni jidher ukoll San Nikola minħabba li fuq l-artal kien hemm xbieha ta’ San Nikola. Marbut mad-devozzjoni lejn dan il-qaddis.
Quddiem l-artal kien hemm lampier li kien jinxtegħel is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu. Fl-1880 sar, jew kien ippjanat, xogħol fl-irħam fuq l-artal.
Xbieha oħra tal-Madonna tal-Karmnu tinsab fil-Mużew tas-Santwarju. Din tikkonferma l-preżenza tad-devozzjoni Karmelitana f’Ħaż-Żabbar.






Leave a Comment