Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari u Mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar, il-kumitat tal-Mużew tas-Santwarju flimkien mas-sezzjoni filatelika tal-Malta Post qed jniedi folder kommemorattiv bil-bollol.

Din hija d-dehra ta’ kull paġna ta’ dan il-folder b’10 bollol personaliżata u b’first day cover b’ bolla oħra personaliżata u ttimbrata b’timbru maħruġ apposta. Huma nnumerati. In-numru jingħata li jkun jmiss skont meta tibbukja. Jiġifieri aktar kemm tibbukja kmieni ikollok numru tal-bidu.
Il-prezz huwa ta’ €40, u l-folder jista’ jiġi ordnat billi ċċempel fuq 79866910.
Jinġabar mill-Mużew tas-Santwarju il-ġimgħa 4 ta’ Settembru bejn 9:00-12:00 filgħodu jew bejn is-19:00-20:30.





Leave a Comment