Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, iż-Żabbar reġa’ ospita l-Żabbar 5K, tellieqa li waslet għad-disa’ edizzjoni tagħha.
It-tellieqa telqet mill-grawnd ta’ Żabbar St Patrick u għaddiet minn diversi toroq tal-lokalità. Fiha ħadu sehem kemm atleti li jipprattikaw il-ġiri b’mod kompetittiv, kif ukoll persuni li jieħdu sehem għal gost u biex iżommu ruħhom attivi.
Matul ir-rotta kien hemm ukoll residenti u sostenituri li taw kuraġġ lill-parteċipanti u komplew iżidu mal-atmosfera sabiħa tal-attività.
Matul is-snin, il-Żabbar 5K sar avveniment mistenni minn ħafna dilettanti tal-ġiri u fl-istess ħin okkażjoni li tlaqqa’ flimkien lill-komunità Żabbarija.






Leave a Comment