Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu, il-Blue Arena f’Ħaż-Żabbar ser tilqa’ American Bingo Night, serata ta’ divertiment organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiæ.
L-attività tibda mis-7.30pm ’il quddiem u ser tgħaqqad flimkien l-atmosfera ferriħija tat-tombla ma’ ikel tipikament Amerikan. Għall-prezz ta’ €15.
Mistennija tkun lejla mill-isbaħ fost il-ħbieb u l-familji, f’ambjent imżejjen b’tema Amerikana u mimli daħk, ikel tajjeb u divertiment. Il-logħob tat-tombla ser iżid mal-entużjażmu tas-serata u joffri okkażjoni oħra sabiex il-komunità tiltaqa’ u tqatta’ ftit sigħat sbieħ flimkien.
Dawk li jixtiequ jattendu għat-tombla biss jistgħu wkoll jirriservaw mejda. Għar-riżervazzjonijiet wieħed għandu jċempel fuq 9985 7423.
Serata sajfija differenti, bi ftit mill-Amerka fil-qalba ta’ Ħaż-Żabbar.






Leave a Comment