Nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju se ssir xiwja b’risq l-armar tal-festa fi Pjazza Medjatriċi. Is-serata tinkludi starter u platt imħawwar b’għażla ta’ tiġieġ jew laħam jew zalzett, akkumpanjat minn patata u insalati. Għad-deżerta se jitqassam ġelat tan-Nannu Barun. Matul l-attività se jkun hemm ukoll tombla u raffle. Il-prezz tal-biljett huwa ta’ €20. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Maħżen tal-Armar. Għal aktar tagħrif jew biex wieħed jixtri biljett, jista’ jċempel fuq 9945 4610. Kulħadd huwa mistieden jingħaqad għal din is-serata festiva u jagħti s-sehem tiegħu b’risq l-armar tal-festa. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għal lejla ta’ ikel, tombla u raffle fi Pjazza Medjatriċi.






Leave a Comment