Hekk kif il-preparamenti għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja qed ikomplu jintensifikaw, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel ħabbret attività pubblika li matulha se jiġu mnieda uffiċjalment il-marċi tal-festa għal din is-sena.
L-attività tinsab skedata li ssir nhar il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju, 2026, u se tibda mit-8:00 p.m. ’il quddiem fil-post magħruf bħala Verde Club Lounge.
Skont kif kien imħabbar mill-organizzaturi, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi ukoll prestazzjoni speċjali mill-kantant Kersten Graham bħala parti mill-programm tas-serata. Din l-attività se tkun miftuħa għall-membri, partitarji kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, bid-dħul ikun mingħajr ħlas.






Leave a Comment