Il-Ħadd, 26 ta’ Lulju, fit-8.30am, fis-Santwarju se tiġi ċċelebrata quddiesa speċjali għall-familji kollha. Għal din l-okkażjoni huma mistiedna b’mod partikolari n-nanniet, sabiex flimkien niċċelebraw il-Jum Dinji tan-Nanniet.
Matul il-quddiesa nitolbu bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, in-nanniet ta’ Ġesù, u nirringrazzjaw lil Alla għad-don sabiħ tan-nanniet fil-familji tagħna. Din se tkun okkażjoni mill-isbaħ biex nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk li dejjem joffrulna xi parir tajjeb.
Se tingħata tifkira lin-nanniet kollha preżenti. Inħeġġu lill-familji biex jingħaqdu mal-Parroċċa.






Leave a Comment