F’Ħaż-Żabbar se jsiru żewġ attivitajiet separati għat-tfal, organizzati minn żewġ għaqdiet differenti matul il-ġimgħa tal-festa.
L-ewwel attività se ssir it-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2026 fis-6.15pm, fl-Imsieraħ ta’ Ħaż-Żabbar, u hija organizzata mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel.
Għal din l-attività qed tintalab donazzjoni ta’ €15, filwaqt li l-bookings jistgħu jsiru fuq 99689820 jew 79290031.

It-tieni attività se ssir il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru u hija organizzata mis-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae.
Din tibda mill-5.00pm ’il quddiem b’marċ fit-toroq Żabbarin mill-Banda tal-Grazzja, bi statwa tal-Madonna tal-Grazzja. Il-parteċipazzjoni fil-marċ hija b’xejn.
Wara l-marċ ikun hemm festin fil-każin, b’ikel u divertiment għat-tfal. Il-parteċipazzjoni fil-festin tiswa €15, u r-riservazzjonijiet jistgħu jsiru fuq 99089357 jew 99829911.

Għalkemm iż-żewġ attivitajiet qed jiġu promossi bħala “Festa Tfal”, dawn huma żewġ avvenimenti differenti: dak tal-31 ta’ Awwissu huwa tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, filwaqt li dak tal-4 ta’ Settembru huwa tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae.





Leave a Comment