Il-ħidma ta’ restawr fuq il-Mużew tas-Santwarju kompliet tagħti l-frott, hekk kif ilbieraħ ġiet żvelata l-ewwel fażi tal-proġett, li tinkludi żewġ faċċati fuq in-naħa ta’ wara tal-binja.
Il-Mużew tas-Santwarju huwa wieħed mill-isbaħ eżempji ta’ arkitettura klassika f’pajjiżna. Il-faċċati uniformi u simmetriċi tiegħu mhux biss jagħtuh karattru distintiv, iżda jikkumplimentaw ukoll il-binjiet l-oħra li jdawru l-pjazza. Dan kollu jagħmel il-ħarsien u r-restawr tiegħu aktar sinifikanti, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-binja tinsab taħt il-kundanna tal-qerda mill-Awtorità tal-Ippjanar.
L-ewwel parti tax-xogħol tlestiet apposta biex iż-żewġ faċċati restawrati jkunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku matul il-festa. Immedjatament wara l-festa, il-ħidma se tkompli fuq il-ġenb tal-binja kif ukoll fuq il-faċċati li jħarsu lejn Pjazza Medjatriċi.
Huwa ta’ sodisfazzjon doppju li tara binja ta’ dan il-valur tingħata l-attenzjoni li jixirqilha, filwaqt li x-xogħol qed jitwettaq b’mod pulit u ta’ kwalità.
Ħajr lil Kunsill Lokali li ġab il-fondi neċessarja għal Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.






Leave a Comment