Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, il-Mużew ser ikun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku matul il-ġranet tal-festa, sabiex kull min iżur Ħaż-Żabbar ikollu l-opportunità jżur il-Mużew u japprezza l-wirt storiku, reliġjuż u kulturali marbut mal-parroċċa u mal-festa.
Il-ftuħ jibda nhar l-Erbgħa 2 ta’ Settembru, Jum l-Inkurunazzjoni, bejn id-9:00am u 12:00pm, u filgħaxija bejn is-7:30pm u l-10:00pm. F’dan il-jum id-dħul ikun b’xejn.
Mill-4 sad-9 ta’ Settembru, il-Mużew ser ikun miftuħ kuljum bejn is-7:30pm u l-10:00pm.
Il-programm ikompli matul l-aħħar jiem tan-Novena. Nhar il-Ħamis 10 ta’ Settembru, is-Seba’ Jum tan-Novena, il-Mużew ikun miftuħ mid-9:00am sa 12:00pm u mis-6:00pm sad-9:00pm.
Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru, it-Tmien Jum tan-Novena, il-ħinijiet jerġgħu jkunu mid-9:00am sa 12:00pm u mis-6:00pm sad-9:00pm.
Nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru, id-Disa’ Jum tan-Novena u d-dħul fis-Solennità, il-Mużew ikun miftuħ mid-9:00am sa 12:00pm u filgħaxija mis-6:00pm sal-10:00pm.
Il-ftuħ speċjali jilħaq il-qofol tiegħu nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, fis-Solennità tal-Madonna tal-Grazzja, meta l-Mużew ikun miftuħ mid-9:00am sa 12:00pm u mis-6:00pm sal-11:00pm.
Il-pubbliku kollu huwa mistieden iżur il-Mużew matul dawn il-ġranet u jagħmel din iż-żjara parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja.






Leave a Comment