Nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2026, fis-7.00pm, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar se ssir l-inawgurazzjoni tal-kwadri tal-Mewt ta’ Sant’Anna u tal-Madonna taċ-Ċintura.

Il-kwadru tal-Mewt ta’ Sant’Anna huwa wieħed mill-opri interessanti li jinsabu fis-Santwarju Żabbari. L-istoriku tal-arti Emmanuel Fiorentino, f’kitba ppubblikata fl-1998, jinnota li l-isem tal-artist li pitter din l-opra mhuwiex magħruf. Huwa jqabbel il-kompożizzjoni tagħha ma’ pittura ta’ Andrea Sacchi (1599–1661) fil-knisja ta’ San Carlo ai Catinari f’Ruma, u jargumenta li l-artist anonimu kien ispirat minnha.

Fiorentino jirreġistra wkoll dettall interessanti mill-istorja tal-kwadru: għal xi żmien il-figura tal-Bambin Ġesù kienet mgħottija. Din reġgħet inkixfet waqt xogħol ta’ restawr li sar fuq il-pittura fl-1992.





Leave a Comment