Id-DJ internazzjonali Roger Sanchez se jdoqq nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu, għal serata ta’ mużika house f’Immersive Qube.

Sanchez, li ilu snin twal fix-xena internazzjonali tal-mużika elettronika, mistenni jiġbed lejh dilettanti tal-house u tal-mużika dance għal lejla ta’ divertiment.
Huwa magħruf l-aktar għal suċċessi bħal “Another Chance” u tul il-karriera tiegħu daqq f’diversi clubs u festivals madwar id-dinja.
Il-preżenza tiegħu f’ Ħaż-Żabbar se tagħti lill-pubbliku Malti opportunità oħra biex jara artist internazzjonali jdoqq f’lokalità Maltija, f’wieħed minn diversi avvenimenti mużikali.




Leave a Comment